FILMAT: Ellen Issemmi Lil Malta Darbtejn Waqt Il-Programm, Tgħid “Grazzi”

 FILMAT: Ellen Issemmi Lil Malta Darbtejn Waqt Il-Programm, Tgħid “Grazzi”

Wara li l-ġimgħa l-oħra ż-żagħżugħ Malti Ryan Calleja kien fuq il-programm ta’ Ellen meta ħa sehem fl-ewwel Olimpjadi bl-udjenza li organizza dan il-programm, din il-ġimgħa hija semmiet lil Malta darbtejn.

Ellen qalet li l-ġimgħa l-oħra kellha fuq il-programm persuni b’nazzjonalitajiet li qatt ma kienu fuq il-programm qabel, bħan-nazzjonalità Maltija, filwaqt li b’nofs ċajta ammettiet li qatt ma kienet semgħet b’Malta. Hija qalet ukoll il-kelma “Grazzi”. Segwi dan kollu fl-ewwel minuta ta’ dan il-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com