FILMAT: Fl-Ajru Tieħu N-Nar Il-Magna Tal-Ajruplan… Passiġġier Jiġbed Filmat

Ilbieraħ l-ajruplan Boeing 777-200 ta’ United Airlines sofra ħruq fil-magna waqt li kien fl-ajru ftit tal-ħin wara li telaq minn Denver f’titjira lejn Honolulu.
Minnufih il-pilota dar lura lejn l-ajruport ta’ Denver fejn għamel inżul sikur. United Airlines qalet li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Passiġġier li kien abbord it-titjira ħa filmat tal-magna waqt li kienet qed tieħu n-nar. Segwi dan il-filmat maħruġ minn Al Jazeera hawn: