FILMAT: It-Tfal Iħobbu Jaqraw? Jgħidu L-Verità Assoluta F’Dan Il-Filmat

F’intervista dwar il-qari dawn it-tfal tkellmu l-verità dwar l-attitudni tagħhom personali lejn il-qari.
Filwaqt li uħud tant iħobbu jaqraw li meta jispiċċaw ktieb ikunu jridu “paġna oħra”, oħrajn qalu li l-qari mhux xi delizzju minn tagħhom għax isibuh “boring”.
Minkejja kollox, dawn it-tfal kollha wrew ħeġġa għal Qaritona, li hija inizjattiva tal-Malta Trust Foundation li trawwem fit-tfal imħabba lejn il-kotba filwaqt li jinġabru flus għal tfal bl-awtiżmu li jkollhom diffikultà sabiex jaqraw.
Ara aktar dwar dan f’dan il-filmat: