FILMAT: Każ Ta’ Emerġenza!

Il-11 ta’ Frar, jew 11/2, huwa il-jum li fih titqajjem kuxjenza dwar in-numru ta’ emerġenza… in-numru 112!
Dan il-filmat jiġbed l-attenzjoni dwar liem każijiet huma emerġenza u liem m’humiex sabiex iqajjem kuxjenza dwar kif wieħed għandu juża’ dan in-numru tant sensittiv.
Nappellaw għall-kooperazzjoni kontinwa tal-poplu sabiex in-numru 112 jintuża biss f’każijiet serji u/jew perikolużi.
Xerred dan l-artiklu sabiex tgħarraf lil ħaddieħor.