Filters Tal-Kamera Użati B’Mod Malizzjuż Sabiex Jiġu Ngannati T-Tfal

Steven Charlton wera kif it-tfal jistgħu jiġu ngannati billi tella’ żewġ ritratti tal-istess persuna fuq Facebook u wera kif, b’sempliċi filter tal-kamera, adult jista’ jagħti l-impressjoni li huwa tifel żgħir.
Huwa appella lill-ġenituri kollha sabiex juru din il-post lit-tfal tagħhom sabiex tinħoloq kuxjenza u t-tfal jitgħallmu ma jafdawx persuni li ma jafux fuq il-midja soċjali, għaliex “mhux lil kull min ikellmu fuq il-midja soċjali huwa min jgħid li hu!”
Kemm huwa mportanti li tfal u żgħażagħ żgħar jiġu nfurmati dwar il-qerq tal-midja soċjali u jitgħallmu jkunu kritiċi sabiex ma jemmnux kollox.