“Flok Jirringrazzja L’Alla Li Bagħatu Għalihom Għall-Vaċċin, Igergru Għax Iridu Jmorru F’Lokal Ieħor”
Fuq il-midja soċjali qed jitilgħu kummenti min-nies li rċevew l-appuntament biex jieħdu l-vaċċin u flok dan se jingħatalhom fir-raħal tagħhom jew fil-viċin, iridu jmorru post ieħor.
Tfajla mill-Mosta bagħtitlna biex inqajmu dan il-punt dwar kemm hawn min igerger u ma japprezzax meta hi għandha ommha ma tiflaħx u qed tistenna l-appuntament daqs tazza ilma fis-sajf.
“Kemm hawn min jeqred, flok japprezzaw. Dan Malta ngħixu ta mhux l-Amerka. Billi toqgħod il-Ħamrun u jgħidulek tmur il-Mellieħa waqgħet id-dinja?”
Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: The Guardian