“Għadhom Ma Lestewx Unit Wieħed” – Bernard Grech Dwar L-Akkomodazzjoni Soċjali

 “Għadhom Ma Lestewx Unit Wieħed” – Bernard Grech Dwar L-Akkomodazzjoni Soċjali

Ir-rieda sħiħa li nistgħu nagħmlu d-differenza f’pajjiżna u l-għajnuna li nixtiequ nagħtu lil Maltin u l-Għawdxin kollha, huma fost l-valuri li jgħaqqduna flimkien f’dan il-Partit. Hekk beda l-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech illum.

F’attivita’ politika f’Ħaż-Żabbar, semma kif il-ġimgħa li għaddiet il-poplu kompla jsegwi żviluppi xokkanti fejn ġie mfakkar fir-rabta bejn il-gvern Laburista u ċ-ċriki ta’ kriminalità f’pajjiżna. Grech qal li ma jibżax jgħid dan id-diskors għaliex huwa l-verità.

Il-Kap Nazzjonalista wassal messaġġ lil Prim Ministru Robert Abela sabiex ma jkomplix jitmejjel bin-nies, bħal m’għamel fis-sajf u fil-Milied li għadda fil-kas tal-pandemija. Grech Staqsa għaliex din l-għaġġla kollha mill-Prim Ministru sabiex jingħalaq il-kas dwar l-assasinju tal-ġurnalista Daphnie Caruana Galizia. Grech jisħaq li dan il-każ jingħalaq biss meta toħrog il-verità kollha u mhux meta jgħid il-Prim Ministru.

Grech qal li Robert Abela prova jieħu l-mertu li bis-saħħa tiegħu kollox huwa ward u zgħar filwaqt li ndaħal fl-investigazzjonijiet u qalilna li kollox għadda.

Fakkar li meta fil-passat kien hawn politiċi li indaħħlu fl-investigazzjonjiet tal-pulizija, fil-pajjiż inħolqot klima ta’ impunita fejn ċertu individwi jħossuhom li jistgħu jagħmlu li jridu, li jistgħu jieħdu dawk id-deċiżjonijet ħżiena u ta vantaġġ tagħhom għax għandhom il-poter u li ħadd ma jkun jista’ jagħmlilhom xejn. Grech qal li l-PN qed jagħti fiduċja lil istitizzjonijiet sabiex jaħdmu u jaħdmu aħjar.

Matul din il-ġimgħa komplejna naraw oppożizzjoni pro-attiva filwaqt li l-gvern sar reattiv. Rajna dan kollu fuq l-issues tal-energijja u issa fuq l-issue tal-kera’, iżda l-PN ma jiddejjaqx li l-gvern jikkopja l-proposti tagħna. Grech kompla billi qal li jimpuranta biss li aħna nagħmlu l-ġid ħalli l-oppozizzjoni tkun mill-llum tgħin lil Maltin u l-Għawdxin kollha.

Dwar l-akkomodazzjoni soċjali, Grech qal li fi tmien snin kemm ilu fil-gvern il-PL, għadhom ma lestewx unit wieħed ġdid. Il-Kap tal-PN kompli billi qal li dawn il-bidliet huma żgħar u tard wisq. Il-Gvern minflok jantiċipa l-problema qed jipprova jimmanġija l-problema u allura qed imexxi b’management by crisis.

Il-Kap tal-PN huwa kburi bl-ammont ta’ żgħażagħ li qed ikomplu jersqu lejn il-PN. Qal li l-PN huwa l-partit taż-żgħażagħ tal-lum u tal-ġejjieni. “Għandna dmir ntukom l-opportunitajiet li intkom toħlomu. Aħna irridukom aħjar u li tkunu l-aħjar verżjoni tagħkom infuskom”.

Bernard Grech għalaq id-diskors tiegħu billi mill-ġdid offra l-għajnuna lil Gvern, biex mill-oppożizjzoni ngħinu fejn nistgħu, biex isem pajjiżna jimxi l-quddiem. “Ninsabu disposti biex meta l-gvern irid ngħinuh kemm f’pajjiżna u kemm barra minn pajjizna. Din hija l-politika li lkoll flimkien nimxu ‘l quddiem biex pajjiżna jkun rispettat mad-dinja kollha”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com