Graffiti U Ħruq Fix-Xemxija – Graziella Galea B’Rapport u Appell

“Hija ħasra li dan il-Heritage Trail ġewwa x-Xemxija qiegħed jiġi kontinwament ivvandalizzat”, qalet il-Kunsilliera Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar Graziella Galea. Hija qalet li fil-passat riċenti għamlet rapport dwar graffiti f’din l-istess żona u qalet ukoll li waqt li kienet qed timxi f’dawn l-akwati ndunat anki bi ħruq. “Importanti li nħarsu l-wirt storiku tagħna u ma għandniex inħalluh fi stat ta’ abbandun”, saħqet Graziella Galea.
Hija rringrazzjat lil Robert Fenech, lil Frans Scerri u lil numru ta’ volontiera għax-xogħol li jwettqu sabiex iħarsu u jnaddfu din iż-żona, filwaqt li appellat sabiex jieqaf il-vandaliżmu.