Hibernians Jeliminaw lill-Żejtun mill-FA Trophy
Fl-aħħar logħba mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-FA Trophy bejn Hibernians u Zejtun Corinthians, it-tim minn Raħal Ġdid ħareġ rebbieħ bl-skor ta’ 3 – 0 biex b’hekk issa ser jilgħab kontra Pembroke Athleta fir-rawnd li jmiss.
Dan il-konfront kellu jintlagħab fl-10 ta’ Frar iżda wara li numru ta’ plejers ta’ Zejtun ir-riżultaw fil-pożittiv għal Covid 19, il-konfront ġie pospost għal bieraħ.
Il-Pawlisti fil-vantaġġ żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Jake Grech bl-stess plejer jagħmilhom tnejn fl-64 minuta. Fil-90 minuta Jurgen Degabrielle skorja t-tielet u l-aħħar gowl għat-tim tal-Hibernians.
Il-ġimgħa d-dieħla jintlagħab il-logħob mir-rawnd tal-aħħar sittax tal-stess kompetizzjoni fejn jkollna dawn il-partiti:-
It-Tlieta 2 ta’ Marzu
Gzira United vs Tarxien Rainbows – 17.00 – Centenary Stadium
Għajnsielem vs Birkirkara – 18.30 – Gozo Stadium
Naxxar Lions vs St. Andrews – 20.30 – Victor Tedesco Stadium
L-Erbgħa 3 ta’ Marzu
Pembroke Athleta vs Hibernians – 17.00 – Centenary Stadium
Xaghra United vs Hamrun Spartans – 18.30 – Gozo Stadium
Senglea Athletic vs Valletta – 18.30 – Hibernians Stadium
Santa Lucia vs Mosta – 18.30 – Stadium Nazzjonali
Il-Ħamis 4 ta’ Marzu
Marsa vs Sirens – 20.30 – Centenary Stadium
Ritratt: Mark Mangion