“Hu Għażel Li Jgħix… Ommi Xtaqet Li Tmut” – Evelyn Saliba La Rosa
Evelyn Saliba La Rosa, Kenneth Frendo, Sam Pearson, Joe Magro u oħrajn: dawn kollha se jkunu qed jiddiskutu s-suġġett tal-ewtanasja waqt il-programm L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa ta’ għada.
Saliba La Rosa tkellmet dwar l-esperjenza ta’ ommha li ħallietna ftit tal-ġimgħat ilu u rrakkontat li waqt it-tbatija ommha xtaqet li ħajjitha tintemm sabiex ittaffi mill-uġiegħ. Kenneth Frendo, li tilef lil ibnu Jerome 3 snin ilu wara snin sħaħ marid bil-kanċer, ukoll huwa parti minn din id-diskussjoni, b’oppinjoni distinta minn dik ta’ Saliba La Rosa.
Joe Magro jirrakkonta x’għadda minn moħħu wara li t-tobba qalulu li għandu l-ALS, filwaqt li Sam Pearson, tfajla li saret taf li għandha l-Huntington’s Disease, titkellem dwar il-bżonn li l-Ewtanasja tiġi legalizzata f’Malta.
X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan is-suġġett? Ikkummenta fuq il-post ta’ Facebook.