Iċ-Ċina Tibda Kampanja Edukattiva Biex L-Irġiel Isiru Aktar ‘Maskili’

 Iċ-Ċina Tibda Kampanja Edukattiva Biex L-Irġiel Isiru Aktar ‘Maskili’

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni fiċ-Ċina beda kampanja kontroversjali biex l-irġiel isiru aktar ‘maskili’, dan għaliex skont il-Ministeru l-irġiel Ċiniżi saru wisq ‘femminili’.

Naturalment dan qajjem reazzjoni kbira u l-Gvern kien akkużat li l-kummenti tiegħu kienu sessisti.

Għal din il-kampanja il-Gvern Ċiniż ħeġġeġ l-iskejjel biex jirriformaw l-edukazzjoni fiżika u jdaħħlu għalliema ġodda li huma atleti rtirati u persuni sportivi u li jdaħħlu l-kultura ta’ sport bħall-futbol biex tiddaħħal aktar maskilita fost l-istudenti adoloxxenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com