Iċċertifikat Li Weġġa’ Gravi Wara Ħabta Fiż-Żejtun

 Iċċertifikat Li Weġġa’ Gravi Wara Ħabta Fiż-Żejtun

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-17. 15, il-Pulizija kienet infurmata b’ inċident tat-traffiku fi Triq tal-Ħotba, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn tliet vetturi; mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta 46 sena li jgħix il-Munxar, Għawdex, karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 65 sena li tgħix iż-Żejtun u karozza Chevrolet misjuqa minn mara ta 26 sena li tgħix iż-Żejtun.

Ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 46 sena l-Isptar Mater Dei li aktar tard ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com