Ikompli l-Kampjonat Kia tal-Malta Veterans Football Association

 Ikompli l-Kampjonat Kia tal-Malta Veterans Football Association

Matul din il-ġimgħa kompla l-Kampjonat Kia tal-Veterani bi tlett logħbiet oħra li ntlgħabu f’ Ħaż-Żebbuġ u f’ Ħ’Attard.

Fl-ewwwel logħba Żejtun Red Stars kisbu t-tieni rebħa tagħhom meta għelbu lis-selezzjoni tal-Malta Football Players Association (MFPA) 6-3. Nikolay Filipov (3), Eric Saliba (2) u Dino Falzon skurjaw għal Żejtun filwaqt li Florin Danut Paun (2) u William Borg skurjaw għall-MFPA.

Luxol St. Andrews ukoll għamluhom tnejn minn tnejn b’rebħa ta’ 3-2 fuq Rabat Serkin grazzi għall-hat-trick ta’ Luke Satariano, b’Antonio Caruso u Gwyn Vassallo iwieġbu għal Rabat.

Team ieħor b’punti massimi huwa Birkirkara St Helen li għelbu lil Wardija FC 6-4. Il-goals tar-rebbieħa skurjawhom Glenn Barry (3), Robert Perkins (2) u Trevor Cilia. Stephen Said (2), Marlon Briffa u Bjorn Sjoberg skurjaw il-goals ta’ Wardija.

Il-kampjonat ikompli l-ġimgħa d-dieħla fejn nhar it-Tnejn it-team Għawdxi Gozo Glory jilgħabu l-ewwel logħba tagħhom dan l-istaġun kontra Birkirkara St Helen. Il-logħbiet l-oħra jkunu Żejtun Red Stars v Wardija FC, Ħamrun Spartans v Rabat Serkin u Luxol St Andrews v MFPA.

 

Ritratt: Malta Veterans Football Association

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com