Il-Covid-19 Ma Oriġinax Minn Laboratorju F’Wuhan – Il-Missjoni Tal-WHO

 Il-Covid-19 Ma Oriġinax Minn Laboratorju F’Wuhan – Il-Missjoni Tal-WHO

Il-Missjoni tal-World Health Organisation li marret f’Wuhan sabiex tistabbilixxi l-oriġini tal-Covid-19 ma rnexxiliex tagħmel il-konklużjonijiet tagħha, waqt li ntqal li għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex jiġi determinat x’wassal għal dan il-virus.

Madanakollu, dan it-tim ta’ esperti internazzjonali eskludew it-teorija li l-virus ħareġ minn xi laboratorju f’Wuhan.

Wuhan huwa l-ewwel post fid-dinja fejn feġġ għall-ewwel darba dan il-virus. Minn dakinhar lil hawn ġew rappurtati iktar minn 106 miljun każ u 2.3 miljun mewta madwar id-dinja kawża tiegħu.

L-esperti jemmnu li dan il-virus aktarx oriġina fl-annimali, qabel mexa għal fuq il-bniedem. Dawn l-esperti xorta waħda jemmnu li l-friefet il-lejl setgħu kienu l-annimal li fih oriġina l-virus, waqt li hemm ċans ukoll li Wuhan m’huwiex il-post li fih kien hemm l-ewwel każ oriġinali ta’ Covid-19.

Fil-fatt, intqal kif il-Covid setgħet oriġinat minn reġjuni oħra, iżda nstabet l-ewwel darba f’Wuhan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com