Il-Festa Ta’ San Pawl Kienet L-Aħħar Festa Ċċelebrata B’Mod Sħiħ Qabel Bdiet Il-Pandemija

 Il-Festa Ta’ San Pawl Kienet L-Aħħar Festa Ċċelebrata B’Mod Sħiħ Qabel Bdiet Il-Pandemija

Tista’ tgħid li l-festa ta’ San Pawl fl-10 ta’ Frar fil-Belt Valletta, kienet l-aħħar festa, apparti ċ-ċelebrazzjoni tal-Karnival li hija festa kulturali, li kienet iċċelebrata b’mod sħiħ qabel ma bdiet il-pandemija.

Meta ngħidu b’mod sħiħ, infissru li kienet festa kompluta bl-armar u l-purċissjoni u l-baned għaliex fis-sajf kien hemm mumenti fejn saru xi festi imma mhux fuq l-istess skala tas-soltu.

Intant, L-Għaqda tal-Pawlini ħabbret fuq facebook, li minħabba li l-pandemija COVID-19 għadha realtà qawwija, il-Kumitat Ċentrali ddeċieda li b’mod responsabbli jikkanċella l-attivitajiet esterni ppjanati għad-9 u l-10 ta’ Frar.

Ritratt: www.sanpawl.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com