Il-Ħamrun Lest U Ppreparat Għal Żmien San Valentinu

Din is-sena inħolqot atmosfera speċjali u unika fil-Ħamrun għal żmien San Valentinu. Filfatt il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun rama tiżjin b’dawl apposta għal matul dan iż-żmien fi Triq il-Kbira San Gużepp u Triq il-Kappillan Mifsud. Dan id-dawl juri simboli relatati mal-imħabba, simboli li dan il-perjodu huwa konness magħhom.
Fil-Ħamrun hemm diversi ħwienet tradizzjonali li jbiegħu affarijiet li jinxtraw f’dawn iż-żminijiet flimkien ma’ ħwienet tal-ikel u tal-ħelu u b’hekk il-Kunsill Lokali ħa l-inizjattiva li jżejjen dan il-lokal sabiex jattratta aktar attività lejh.
Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed iħeggeg biex in-nies sabiex jżuru l-lokal tal-Ħamrun u jgawdu minn din l-atmosfera.