Il-Klabb Tar-Regatta ta’ Birżebbuġa Jirċievi Art Mingħand Il-Gvern

 Il-Klabb Tar-Regatta ta’ Birżebbuġa Jirċievi Art Mingħand Il-Gvern

Il-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa illum għandu fil-pussess tiegħu art hekk kif aktar minnhi matul il-ġurnata ġie f-firmat l-kuntratt tat-trasferiment ta’ art fil-Port il-Kbir bejn SportMalta u l-stess klabb. Maħżen numru 36 fil-Port il-Kbir għadda b’titlu lill-klabb ta’ Birżebbuġa.

B’hekk il-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa, rebbieħ ta’ Kategorija B fir-regatta ta’ Jum Il-Vitorja ta’ Settembru li għadda, se jkollu post adekwat minn fejn jopera.

Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Ministru Għall-Inklużjoni u l-Kwalita tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, s-Segretarju Parlamentari għal Sport, Rikreazzjoni u Għaqdiet Volontarji Dr. Clifton Grima, ic-Chairman ta’ SportMalta Dr. Luciano Busuttil u l-President tal-Klabb Regatta Birżebbuġa Ian Farrugia.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li wieħed mill-akbar kontributuri għal kwalita ta’ ħajja aħjar hu l-sport u kien għalhekk li l-gvern ser ikun qed jinvesti tlettax il-miljun f’proġetti u investiment kapitali fl-isports.

Min naħa tiegħu Dr Grima sostna li l-impenn tal-gvern hu li jkompli jwetaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu filwaqt li jrawwem u jsaħħaħ il-kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin.

 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com