Il-Komunita’ Żabbarija Tibki T-Telfa Ta’ Jimmy Buhagiar

 Il-Komunita’ Żabbarija Tibki T-Telfa Ta’ Jimmy Buhagiar

Aktar kmieni dalgħodu l-komunità Żabbarija kienet maħsuda bit-telfa ta’ Jimmy Buhagiar li kien jagħti sehemu b’mod attiv fl-attivitajiet u l-inizjattivi kulturali f’Ħaż-Żabbar.

Wiċċ Jimmy kien sinonimu ma’ bosta, mhux biss maż-Żabbarin, hekk kif sikwit kien jattendi attivitajiet kulturali varji li jiġu organizzati f’pajjiżna sabiex jaċċerta li jiddokumenta l-istess attivitajiet permezz tar-ritratti.

Jimmy kien fotografu attiv ħafna fil-qasam soċjali u kulturali u ċertament li x-xogħol tiegħu ser jibqa’ infakkar tul is-snin.

Kien ukoll ex forman tat-Tarzna.

Insellmulek Jimmy.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com