Il-Marsin Jiċċelebraw Il-Karnival Filwaqt Li Josservaw Il-Liġijiet
Nhar il-Ħamis fil-Marsa fetaħ il-Karnival!
Il-Kunsill Lokali tal-Marsa dejjem ħadem sabiex il-Karnival jibda mill-Ħamis – kif inhu magħruf Mardi Gras.
Kull sena issir sfilata kbira mill-Kunsill, issa li fil-Marsa għad ikun hemm il-villaġġ tal-Karnival.
“Ma jistax jonqos li aħna nkomplu nissaħħu bħala ċentru tal-Karnival. Din is-sena żammejna t-tradizzjoni filwaqt li osservajna l-liġi. Qed nagħmlu l-attività fuq jumejn u se nilħqu l-lokal kollu”, qal is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi.