Il-Ministru Clayton Bartolo Jħabbar Estensjoni Tal-Bars & Clubs COVID-19 Support Scheme
Sal-aħħar ta’ Frar, l-allokazzjoni għal kull stabbiliment kien hekk kif ġej: Kategorija A – EUR2,870, Kategorija B – EUR1,860, Kategorija C – EUR1,260 Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar, li l-allokazzjoni għal kull stabbiliment, sal-aħħar ta’ Marzu issa ser tkun hekk kif ġej: Kategorija A – EUR3,587, Kategorija B – EUR2,325, Kategorija C – EUR1,575
Il-proċess tal-ħlas min meta tiġi verifikata jieħu madwar ġimgħatejn. Wieħed jista’ japplika għal din l-iskema mill-ewwel sal-hmistax ta’ Marzu 2021.
Wieħed jista’ jkun jaf taħt liema kategorija jaqa’ billi jinnota dawn id-dettalji:
Kategorija A – Huma l-barijiet li għandhom liċenzja kummerċjali ma’ l-Awtorita’ Maltija għatTuriżmu.
Kategorija B – Huma s-sidien tal-barijiet li jiffurmaw parti minn xi għaqda jew każin. Jekk sid il-bar ħa l-assistenza taħt din il-kategorija, l-għaqda jew il-kumitat huwa intitolat għall-assistenza taħt il-kategorija C.
Kategorija C – Huma l-għaqdiet kollha l-oħra li huma irreġistrati mall-Kummissarju tal-Pulizija esklużi l-każini Politiċi.
Każin jikkwalifika għal din l-iskema dejjem jekk għandu l-liċenzja tal-pulizija. Il-proċess tal-verifika jieħu madwar ġimgħa, minn meta l-applikazjoni tkun sotomessa fl-intjir tagħha. Kif jitlesta dan il-proċess l-applikant jirċievi email ta’ verifika li l-applikazzjoni ġiet aċċettata u tgħaddi għal-proċess tal-pagament.
Jekk ikun hemm xi dokumenti jew informazzjoni nieqsa jew inkorretti tintbgħat email lillapplikant biex jirretifika il-pożżizjoni tal-applikazzjoni.
L-informazzjoni fid-dettall tinstab fuq is-sit www.mta.com.mt, jew billi ċċemplu lill-Malta Tourism Authority fuq in-numru 22915000 jew tibagħtu email fuq [email protected], minn fejn ukoll tista’ tagħmel appuntament jekk persuni ma jkollhomx aċċess elettroniku.