Il-Pandemija Tagħti Opportunità Akbar Biex Il-Pedofli Jaqbdu Mat-Tfal

 Il-Pandemija Tagħti Opportunità Akbar Biex Il-Pedofli Jaqbdu Mat-Tfal

Il-Pandemija waslet biex it-tfal jagħmlu aktar ħin jilagħbu online u allura dan wassal biex it-tfal jagħmlu kuntatt akbar ma’ persuni li jiltaqgħu magħhom fuq l-internet.

Omm tifel ta’ 14-il sena li nqatel fl-2015 wara li kien abbużat minn persuna li sar jaf mill-internet u li kien jixtrilu l-logħob u jinħabb miegħu biex it-tifel jafdah, qalet li l-pandemija qed tagħti opportunità akbar lil dawn it-tip ta’ nies li jinħabbu mat-tfal mil-logħob tal-internet.

Lorin LaFave li wara l-qtil ta’ binha waqfet Fondazzjoni biex tipproteġi tfal bħal binha qalet li fl-aħħar xhur il-fondazzjoni tagħha rċeviet numru rekord ta’ telefonati minn ġenituri nkwetati u li t-tfal tagħhom saru aktar vulnerabbli.

Persuni li jabbużaw tfal u li jipprovaw jinħabbu magħhom mill-internet jagħmlu dan billi jixtrulhom il-logħob online jew jixtrulhom dawk li jgħidulhom “token” biex jirnexxielhom jirbħu l-logħoba li jkunu qed jagħmlu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com