Il-President Amerikan Mistenni Jiddikjara Stat Ta’ Emerġenza F’Texas…

Il-President Amerikan Joe Biden huwa mistenni li jiddikjara stat ta’ emerġenza f’Texas. Dan wara li kien hemm problemi ta’ aċċess għad-dawl u l-ilma.
Bil-mod, l-enerġija (dawl u ilma) bdiet tiġi lura f’Texas iżda madwar 13-il miljun persuna qed isibu diffikultajiet kbar biex ikollhom aċċess għal ilma nadif u potabbli.
Madwar 60 persuna tilfu ħajjithom minħabba kesħa u temp stramb madwar l-Istati Uniti.
Stati oħra fin-naħa t’isfel tal-pajjiż, qed jaffaċċjaw silġ u borra u minħabba f’hekk, is-servizzi ta’ kuljum li huma meħtieġa qed ibatu.
Ritratt: ABC13