Il-Pulizija Jwettqu Tliet Rejds U Jarrestaw Erba’ Persuni

 Il-Pulizija Jwettqu Tliet Rejds U Jarrestaw Erba’ Persuni

Il-pulizija Maltija dejjem għaddejja bil-ħidma bla waqfien tagħha. Fuq il-paġna tagħhom intqal li wara ġranet ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet, ilbieraħ, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wettqu tliet rejds separati u arrestaw erba’ persuni.

Fl-ewwel rejd, il-pulizija daħlu f’residenza f’Santa Luċija, sabu 50 pakkett b’sustanza suspettata kokaina u arrestaw mara ta’ 48 sena.

Aktar tard, il-pulizija segwew pakkett suspettuż indirizzat għal residenza fl-Imsida u arrestaw mara ta’ 49 sena. Il-pakkett kien fih sustanza suspettata kannabis u fir-residenza nstabet iktar mill-istess sustanza.

Filgħaxija, il-pulizija rċevew informazzjoni dwar abbuż ta’ droga f’kamra ta’ lukanda f’San Ġiljan. Hemmhekk, ġuvni ta’ 21 sena residenti l-Ħamrun u tfajla ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żabbar ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kannabis.

Il-mara ta’ 48 sena mistennija titressaq il-Qorti għada filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com