Il-Websajt Ta’ SiGMA Ssir Il-Portal Ewlenija Għall-Aħbarijiet U L-Avvenimenti Relatati Mal-Gaming
Matul il-pandemija SiGMA ħadmet qatigħ sabiex illum l-udejnza tagħha tista’ tgawdi aktar bis-sħiħ il-websajt SiGMA.world, li illum hija ferm akbar u aħjar.
SiGMA.world kienet biss websajt li sempliċiment tinkludi fiha informazzjoni dwar l-ispettaklu tas-SiGMA f’Malta, iżda llum il-paġna ewlenija mhux biss tagħti aċċess għall-erba’ wirjiet ewlenin tagħhom: SiGMA Europe, SiGMA Asia, SiGMA Americas, SiGMA Africa, iżda hija wkoll hija sors ewlieni għall-aħħar aħbarijiet dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-gaming.
SiGMA toffri servizz b’10 lingwi ewlenin u hija l-unika kumpanija tal-avvenimenti u tal-midja li tipprovdi servizz bla waqfien, 24 siegħa kuljum. SiGMA timpjega persuni li jirrapurtaw l-aħħar aħbarijiet minn madwar id-dinja, u l-kontenut ta’ dan is-sit ivarja minn podcasrs għal intervisti fil-fond u artikli.
SiGMA temmen f’logħob regolat u responsabbli u tadvoka għar-regolamentazzjoni mad-dinja kollha – u huwa għalhekk li bnew relazzjonijiet sodi mal-awtoritajiet bħall-MGA, Coljuegos, PAGCOR, u awtoritajiet oħrajn.
Il-websajt tal-aħbarijiet ta’ SiGMA fiha wkoll is-serje grand slam, li fiha jiġu intervistati wħud mill-personaġġi prominenti fis-settur tal-gaming. Flimkien ma’ pariri siewja ta’ SEO, din il-karatteristika hija mfittxija ħafna mill-operaturi u l-maniġers li huma dejjem attenti biex jikbsu opportunitajiet ġodda.
Ir-reviews tal-logħob huma wkoll fattur importanti ta’ dan is-sit, u jżommu lill-operaturi konxji tal-aħħar ħarġiet fost il-bejjiegħa tal-logħob. SiGMA estendiet l-ispettaklu tagħha biex tinkludi teknoloġija emerġenti u AIBC, għalhekk il-qarrejja jsibu wkoll sezzjonijiet iddedikati għal teknoloġija profonda, blockchain, crypto, AI, Big Data, Quantum computing, IoT, VR, AR u fintech.
Il-kumpanija temmen bis-sħiħ li l-logħob u t-teknoloġija emerġenti jinsabu fit-triq tal-kolliżjoni u l-Grupp SiGMA jinsab f’pożizzjoni perfetta biex jiffaċilita din is-sitwazzjoni.
Land-based gaming u l-iGaming ukoll qed jersqu aktar qrib xulxin – dan wassal lill-Grupp SiGMA biex iħaddan il-land-based gaming biex b’hekk issa għandu taqsima ddedikata għall-aħbarijiet dwar dan is-settur.
L-azzjoni M&A hija mimlija attività; minn għarfien dwar ftehimiet ġodda li qed iseħħu għal lista aġġornata ta’ kumpaniji li jixtiequ jbigħu. It-taqsima Startup Pitch tkopri startups ġodda u promettenti li huma aċċana sabiex jiltaqgħu mas-sieħeb strateġiku t-tajjeb. Dawk li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-iStartup Pitch se jibbenefikaw minn diversi freebies.
Kemm jekk qed tfittex il-lista sħiħa ta’ pjattaformi, bejjiegħa tal-logħob, affiljati, jew fornituri tal-ħlasijiet, SiGMA ħejjiet numru ta’ direttorji – SiGMA.world huwa l-portal perfett għall-bżonnijiet kollha tiegħek.
L-erba’ wirjiet kbar ta’ SiGMA kollha fihom sensiela ta’ awards sabiex jiġu ċċelebrati l-aqwa mill-aqwa fl-industrija tal-gaming.
Permezz tal-Fondazzjoni SIGMA, SiGMA College qed tniedi wkoll diploma fl-iGaming, li hija akkreditata u disponibbli għal kulħadd.