Imut L-attur Ta’ The Sound Of Music, Christopher Plummer

 Imut L-attur Ta’ The Sound Of Music, Christopher Plummer

Chirstopher Plummer, l-attur ta’ films bħal The Sound of Music, The Man WHo Would Be king u All The Money in the World miet fl-età ta’ 91 sena. L-attur miet il-Ġimgħa fid-dar tiegħu f’Connecticut fl-Istati Uniti.

L-attur hu mniżżel fl-istorja taċ-ċinema bħala l-iktar attur anzjan li qatt rebaħ l-Oscar meta fl-2012 ingħata l-unur bħala Best Supporting Actor għall-parti tiegħu fil-film Beginners.

Matul il-karriera tiegħu, l-attur Kanadiż kien rebaħ numru ta’ unuri oħra fosthom ukoll għax-xogħol li huwa kien għamel fit-teatru. Barra minhekk hu kien silef il-vuċi tiegħu għal bosta karattri f’sensiliet bħal Up u An American Tale.

L-aħħar film li huwa ħadem fih kien The Last Full Measure fl-2019 filwaqt li l-vuċi tiegħu se tinstema’ fil-film Heroes of the Golden Masks li l-filming tiegħu għaddu għaddej bħalissa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com