“Inutli Nirranġaw Toroq Jekk Baqa’ Nies B’Mentalità Tribali” – Noel Formosa

“Possibbli fl-2021! Possibbli għadna pajjiż tat-tielet dinja!!!! Inutli nirranġaw toroq jekk baqa’ nies b’mentalità tribali.” kiteb is-Sindku ta’ San Lawrenz, Noel Formosa.
Mal-kumment tiegħu, Noel tella’ wkoll ritratti diżgustanti li juru rimi ta’ skart, ovvjament minn xi nies fl-inħawi li jgħidulu Tal-Qasam li jinsab bejn San Lawrenz u l-Għarb.
Jiddispjaċina għal min għamel hekk, iżda nsejħulek INJORANT! Għax qatt ma titgħallmu!


