Iridu Li L-arloġġ Tal-Knisja Ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi Jieqaf Idoqq
Fl-aħħar jiem l-Arċipriet tal-Parroċċa San Ġorġ f’Ħal Qormi, Dun Mario Mangion qiegħed imexxi petizzjoni biex l-arloġġ tal-Knisja Kolleġġjata ma jiqafx idoqq matul il-ħinijiet ta’ bil-lejl.
Dan wara li fl-aħħar jiem il-parroċċa rċeviet ilment mingħand familja li qiegħda titlob biex dan l-arloġġ jitwaqqaf fil-ħinijiet ta’ matul il-lejl b’mod speċjali bejn l-10pm u s-6am.
L-arċipriet spjega li wara invenstiment biex dan l-arloġġ jiġi rrestawrat, llum dan l-arloġġ huwa parti mill-kultura ta’ Belt Pinto.
Mangion appella għas-sapport tal-pubbliku biex dan l-arloġġ ma jitwaqqafx. Huwa żied li jekk jitwaqqaf dan l-arloġġ għada pitgħada se jitwaqqfu affarijiet oħra fosthom il-qniepen, in-nar u l-baned, li mhux kulħadd japprezzahom u jifhem li huma parti mill-identità u l-kultura Maltija.
Dan l-arloġġ inħadem minn Mikelanġ Sapiano fl-1878. L-arloġġ jimmarka ħinijiet partikulari matul il-ġurnata. Fl-antik bosta li kienu dawk li jirregolaw il-ħajja tagħhom mat-tokki ta’ dan l-arloġġ.
Jekk tixtieq tiffirma din il-petizzjoni agħfas hawn.