“Is-Saltna Tad-Dritt Mhiex ‘Menu A La Carte'” – Il-Ministru Zammit Lewis Iwieġeb Lil Karol Aquilina
Ilbieraħ fil-Parlament il-Ministru Edward Zammit Lewis wieġeb għall-allegazzjonijiet tad-Deputat Nazzjonalista l-Onorevoli Karol Aquilina li l-pulizija qedha taparsi tarresta umbad teħles lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.
Il-Ministru Zammit Lewis irrefera għall-fatt li f’dawn l-aħħar 13-il xahar sar tibdil enormi fit-tisħiħ tal-istitituzzjonijiet, fil-persuni li jmexxuhom kif ukoll li dawn l-Istitituzzjonijiet qegħdin ikunu effettivi. Il-Ministru kompla jisħaq li s-Saltna tad-Dritt mhiex ‘menu a la carte’ fejn tidderiġi fejn imorru l-affarijiet, u ġa la darba l-affarijiet ma jiffunsjonawx kif tixtieq tgħid li m’għandekx fiduċja fihom. Dan huwa dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista u d-Deputat Karol Aquilina jagħżlu li jaqbel lilhom, meta jaqbel lilhom.
Il-Ministru semmà diversi maħfriet Presidenzjali kontroversjali li ingħataw meta l-PN kien fil-Gvern, kif ukoll persuni f’karigi għolja li suppost ittieħdu proċeduri kriminali kontrihom, iżda l-Avukat Ġenerali iddeċida li ma jmexxix kontra tagħhom.
Il-Ministru kkonkluda li l-ħażin dejjem jibqa’ ħażin, pero ċertament li mhux biss l-PN m’għandux il-kredenzjali li jikritika f’dan is-settur iżda kull meta jikritika huwa mhux kreddibli.
Zammit Lewis għalaq billi tenna li bl-appoġġ ta’ kulħadd nistgħu insaħħu aktar l-istituzzjonijiet tagħna għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.