“Isem Pajjiżna Jinsab Fl-Istat Li Hu Tort Gvern Laburista” – Bernard Grech

 “Isem Pajjiżna Jinsab Fl-Istat Li Hu Tort Gvern Laburista” – Bernard Grech

F’Birkirkara, l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech fetaħ id-diskors tiegħu billi irringrazzja l-folla preżenti li minkejja s-sitwazzjoni partikolari minħabba l-pandemija, l-attendenza numeruża qed tikber sabiex ssegwi l-messaġġ tal-PN.

Dwar is-saħħa, il-Kap Nazzjonalista qal li bħalissa qed ngħixu f’pajjiż li għandu mażra m’għonqu. Dan għaliex il-gvern huwa ostaġġ ta’ ftehim bażwi li għamel u li permezz tiegħu ċeda l-isptarijiet tal-Maltin. Grech qal li llum sirna nafu li biex nakkwistaw lura l-isptarijiet tagħna u nkunu sidien biex immexxu aħna, irridu nħallsu mill-anqas mitt miljun ewro.

Dwar l-Enerġija, Grech semma li din il-ġimgħa fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi, skoprejna li biex ikollna l-kontrol tal-powerstation ta’ pajjiżna, jeħtieġ li nħallsu €417 miljun. Ftehim ieħor li skont Bernard Gercha marru ‘l quddiem il-ħbieb tal-qalba u mar lura l-poplu malti. Il-Kap Nazzjonalista jgħid li l-PN qed jaħdem fuq strategija mirquma u wiegħed li gvern nazzjonalista se jagħmel ġustizzja ma’ dawk in-nies li nvestew f’enerġija alternattiva fejn ta’ l-anqas se jkun qed jagħti l-minimu li l-poplu qed iħallas ta’ kull unit li juża, jiġfieri ta’ 10.5c għal kull unit li wieħed jiġġenera permezz ta’ sorsi differenti ta’ enerġija.

Bernard Grech qal li l-PN se jkompli jkun Partit proattiv u li lest mingħajr l-ebda problema jagħti lil gvern ideat sabiex mil-llum stess jibda jsir aktar ġid fost il-poplu Malti u Għawdxi. Grech qal li din il-ġimgħa smajna kif il-gvern applika proposta li ssuġġerixxa l-PN fejn qed jutilizza s-servizzi tat-tobba privati sabiex il-vaċċinazzjoni ssir aktar mgħaġġla. Grech appella lill-Prim Ministru sabiex jieħu wkoll l-idea biex juża l-ispazi tal-ispizeriji li hemm fil-lokalitajiet sabiex ikollna aktar nies li ħadu l-vaċċin fl-iqsar żmien possibli f’pajjiżna.

Dwar l-Ambjent, Grech jitkellem dwar il-falliment evidenti ta’ dan il-gvern fejn semma statistika li ħarġet l-NSO li tgħid li fl-2019 f’pajjiżna irriċikla 1% tal-iskart tal-plastik kollu li wżajna. Grech semma wkoll li dan il-gvern jżomm kollox moħbi u jipprova jikkonvinċina li mexjin ‘l quddiem u li qed jintlaħqu l-miri f’dan il-qasam meta l-affarijiet huma xorta oħra.

Skont Grech, isem pajjiżna jinsab fl-istat li hu, tort ta’ gvern Laburista. Il-Kap Nazzjonalita saħaq dwar l-importanza li nibqgħu nkunu oġġettivi fil-kritika tagħna fejn dak li hu tajjeb ngħidu li hu tajjeb, iżda fl-istess ħin obbligati li nindikaw fejn l-affarijiet sejrin ħażin mingħajr ma naraw l-affarijiet bil-kuluri blu jew aħmar.

Dwar il-viżjoni tal-PN, Grech qal li dan il-partit qed jiġġedded u eżempju ta’ dan huwa li f’Ħad Dingli l-kumitat eleġġa żagħżugħ ta’ 20 sena bħala president tal-kumitat. Il-Kap Nazzjonalista ħabbar li l-PN se jkun qed jinvesti f’portal ġdid sabiex il-messaġġ jasal bl-aktar mod effiċjenti.

Bernard Grech għalaq id-diskors tiegħu billi saħaq li għada jista’ jkun aħjar jekk il-PN jibqa’ miexi fit-triq it-tajba li qabad. Jgħid li determinat li mal-poplu se jirnexxielna ndawwru paġna ġdida għal pajjiżna li fiha se niktbu l-istorja flimkien li ulied ulieda jibqgħu kburin biha.

Waqt din l-attività f’Birkirkara attenda wkoll l-eks Kap tal-PN Adrian Delia.

Illum 7 ta’ Frar huwa jum importanti u impenjattiv għall-PN minħabba li huwa għeluq snin l-Eks Prim Ministru u Kap tal-PN, Eddie Fenech Adami. Għaldaqstant il-PN se jkun qed jorganizza programm maratona fuq il-mezzi tax-xandir tiegħu mill-4 ta’ wara nofs in-nhar ‘l quddiem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com