It-Tieni Sena Bla Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa Mqaddsa…

 It-Tieni Sena Bla Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa Mqaddsa…

Hekk kif għada nibdew ix-xahar ta’ Marzu, id-dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa iżjed jibdew iħossu n-nuqqas ta’ din il-festa li konna mdorrijin niċċelebraw bil-kbir qabel ma bdiet il-pandemija tal-Covid-19.

Jekk tiftakru, sena ilu meta kien hemm anke min diġà beda juri l-ħsieb li dawn il-purċissjonijiet mhux se jsiru, kien hemm min saħansitra qal li qed naraw fil-bogħod u li fadal sa dak iż-żmien, tant li ħasbu li kollox se jilħaq jittranġa.

Mhux talli hekk, talli għat-tieni sena konsekuttiva, il-purċissjonijiet jidher li mhux se jerġgħu jsiru.

Dan esperjenzajnieh ukoll fil-festi Maltin fejn kien hemm biss ftit li ġew iċċelebrati wara Ġunju tal-2020 fejn in-numri kienu niżlu sew.

Bosta argumenti jqumu li forsi dan kien meħtieġ biex ngħixu veru l-ispirtu, oħrajn jargumentaw li anke l-kummerċ naqsilhom minħabba f’hekk u li t-tradizzjonijiet jgħinu anke fis-saħħa mentali. Oħrajn jargumentaw li jekk isiru protesti bħal dik ta’ nhar it-Tnejn, allura għaliex il-purċissjonijiet le?

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: Malta Info Guide

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com