Jekk Tbati Bid-Demm Baxx Tiekolx Dawn L-Affarijiet Flimkien

 Jekk Tbati Bid-Demm Baxx Tiekolx Dawn L-Affarijiet Flimkien

Riċerki wrew li l-assorbiment tal-ħadid fil-ġisem uman jaf jigi affettwat mill-kalċju, kemm jekk dan ikun ġej minn ikel ‘dairy’ jew minn supplimenti.

Dan għaliex il-ħadid u l-kalċju jikkompetu għall-istess ‘receptors’ u l-assorbiment ta’ wieħed jaf jimblokka l-ieħor.

Għalhekk tajjeb li jekk nieklu xi ħaġa biex inżidu l-ħadid f’gisimna, eżempju xi ċereali bħal kornflejks li jkollu l-ħadid miżjud miegħu la darba nżidu l-ħalib mieghu, l-ammont ta’ ħadid li se nassorbu se jkun imnaqqas. L-istess jgħodd għat-tadam imqadded (sors ta’ ħadid) u dik il-ġbejna.

Din it-teorija tgħodd ukoll għas-supplimenti. Suppliment tal-ħadid m’ żgħandomx jittieħdu flimkien ma’ supplimenti tal-kalċju, irrid ikun hemm imqar sagħtejn bejn li jittieħed wieħed u l-ieħor.

Dan it-tagħrif jaf ikun siewi ħafna għal nisa tqal jew li għadhom kif welldu tarbija u għandom bżonn dożi akbar ta’ kalċju u ħadid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com