L-iPhone Qed Jgħaraf l-Uċuħ Anke bil-Maskra
Bħalissa qedgħa tiġi ittestjata mill-pubbliku, l-aħħar verżjoni ta iOS, is-sistema operattiva għall-iPhones. Din is-sistema ser tkompli ittejjeb l-effiċjenza tal-iPhones filwaqt li toffri numru ta’ karatteristiċi dinamiċi oħra li għandha tkompli tagħmel dawn il-mobiles aktar imfittxija.
Fost l-abiltajiet il-ġodda ta’ din is-sistema l-ġdida, l-utent jista’ jagħżel li jagħmel użu mill-Face ID recognition, anke jekk ikun l-iebes il-maskra, dan kemm -il darba li l-istess utent ikollu Apple Watch. Sabiex tibqa’ protetta s-sigurta’ ta’ kull apparat, xorta waħda baqa’ fis-seħħ il-proċess ta’ identifikazzjoni numerika jew metodi eżistenti oħra, għaldaqstant sabiex ikun aċċessat l-iPhone, l-Apple Watch irrid ikun miftuħ. Fil-verita’ permezz ta’ din l-għażla, aktar milli l-mobile jgħaraf l-wiċċ direttament, il-mobile ser ikun qiegħed jgħaraf karatteristiċi ta’ partijiet tal-wiċċ, ifittex informazzjoni oħra li jżomm fuq l-utent u wara jirrikonoxxiħ.
Din l-għażla taħdem permezz ta’ integrazzjoni sħiħa bejn l-iPhone u l-Apple Watch.
Dan is-servizz il-ġdid, minkejja li għadu qiegħed jiġi ittestjat, għandu jkompli jgħin lill-utenti jagħamlu użu minn dawn il-pjattaformi anke f’mumenti fejn ċertu xejriet fil-ħajja ta’ kuljum qedgħin jinbidlu sforż l-impatt tal-pandemija.
Ritratt: Google