“Jekk Tkun Motivat U Ambizzjuż Tasal’ – Il-Mudell Matthew Lanzon
Id-dinja tal-moda saret aktar aċċessibbli u popolari anke f’Malta. innutajna lil Matthew Lanzon, mudell li nemmnu li se jagħmel suċċess. Umli u disponobbili. Tkellimna miegħu u qalilna hekk…
Kif tħajjart tibda timmudella?
Bdejt nimmudella minn meta kelli 18 il-sena. Kont rajt post fuq is-social media u kont thajjart biex niehu sehem f’ kompetizzjoni tal-immudellar ta’ liema kompetizzjoni kont irbaht it-titlu. Dan kien tani spinta biex nidħol iktar fid-dinja tal-moda u dan billi nieħu sehem f’ attivitajiet varji fosthom billi ħadt sehem fil-Malta Fashion Week u kont anke wieħed min-nominati għall-Best Male Model. Kelli anke bosta oppurtunitajiet biex nieħu sehem f’ diversi photoshoots għall-bosta ditti differenti kif ukoll biex inkun ġurija f’ kompetizzjonijiet relatati.
Tahseb li llum sar aktar irġiel jagħmlu dan il-pass minn qabel?
Iva u nemmen li s-social media qed tgħin sabiex iktar irġiel jitħajjaru jagħmlu l-pass li jidħlu fid-dinja tal-moda. Filfatt illum hawn ħafna rġiel Maltin li huma fil-qasam tal-moda fejn anke kisbu numru ta’ suċċessi.
Hawn opportunitajiet biżżejjed f’ pajjiżna għall-mudelli?
Iċ-ċokon tal-gżira tagħna jaf xi drabi joħloq ċertu limiti. Madanakollu jien nemmen li jekk tkun persuna motivat u ambizzjuż tista’ tirnexxi kemm lokalment u anke internazzjonalment.
Taħseb li hemm xi taboos marbuta mal-modelling jew illum hija esperjenza pożittiva u japprezzawk?
Nemmen li filwaqt li bħal bosta affarijiet oħra, għad baqa xi taboos li ċerti nies jassoċċjaw mad-dinja tal-immudellar, madanakollu illum il-ġurnata il-maġġorranza tan-nies tħares lejn id-dinja tal-moda b’ mod pjuttost pożittiv.
Fejn tixtieq tasal?
Bħalissa, l-immudellar u li nieħu sehem f’ photoshoots varji inqishom bħala passatemp tiegħi, madanakollu jekk fil-futur tiġini opportunità relatata, nemmen li ma jiddispjaċinix li ninvesti iktar ħin f’ din il-linja.
Awguri Matthew.