“Jiddispjaċina Navżawkom Li L-Komunità Karmelitana Tinsab Fi Kwarantina”
“Jiddispjaċina navżawkom li l-Komunita’ Karmelitana tinsab KWARANTINA mil-lum sas-Sibt 6 ta’ Marzu, għalhekk il-Knisja Parrokkjali se tkun magħluqa sa dakinhar, kif ukoll l-Uffiċċju Parrokkjali.”
Hekk inkiteb fuq il-facebook tal-Komunità karmelitana fil-Balluta nhar il-Ħadd li għadda. L-aħbar it-tajba hija li l-Patrijiet jinsabu kollha tajbin.
Talbu biex niftakru fihom fit-talba. Minn Stradarjali.com nawgurawlhom saħħiet. Nafu kemm jagħmlu ġid mal-komunità u li dejjem lesti biex jgħinu u jisimgħu lil dawk li jkunu mtaqqla.
Ritratt: Facebook/ Madonna tal-Karmnu Balluta