Jidher Li N-Numru Tal-Każi Pożittivi Għal-Lum Reġa’ Niżel Sew…

Wara li lbierah instabu 79 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19; l-ewwel darba li erġajna nżilna taħt il-100 wara żmien b’numri kemxejn kbar, jidher li llum jista’ jkollna aħbar tajba.
Dan sostnieh it-Tabib Frank Portelli fuq facebook tiegħu, li ta’ kuljum jikteb l-ammont ta’ kemm inkunu ser nisimgħu fl-aħbar tan-12.30 fuq il-paġna SAĦĦA fuq facebook.
Infakkreu dejjem biex nieħdu ħsieb u ma nirrilassawx f’dik li hija attenzjoni. Importanti nibdew minna nfusna u naraw x’aħna nagħmlu tajjeb u ħażin biex ma jerġax ikollna żidiet.
Ritratt: Fenech and Fenech Advocates