Jitlef Ħajtu Wara Li Waqa’ Sitt Sulari F’Wied Il-Għajn
Raġel mill-Mali tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ sitt sulari f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel mill-Mali residenti Ħaż-Żabbar waqa’ madwar 6 sulari għoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna imma sfortunatament ir-raġel ġie
ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejj