Kanzunetta Tal-Band Maltija Oxygyn Tindaqq fuq BBC

Il-Band Maltija Oxygyn tinsab fis-seba’ sema! Dan għaliex kanzunetta Wicked White Lies ilbieraħ indaqqet fuq l-istazzjon popolari fir-Renju Unit BBC Music.
Din kienet xi ħaġa sabiħa mmens, għaliex din il-kanzunetta li ħarġet f’Settembru u kienet anke mal-aqwa 10 f’Malta, issa hemm l-opportunita’ li tikseb popolarita’ wkoll fir-Renju Unit, b’dan l-ewwel pass kien wieħed mill-aktar importanti għal band Maltija.
Nawgurawlhom ħafna aktar suċċessi!
Segwi l-kanzunetta hawn: