Kemm Hawn Nies Subgħajhom Dritt Li Qatt M’Għamlu Xejn Ħażin?

 Kemm Hawn Nies Subgħajhom Dritt Li Qatt M’Għamlu Xejn Ħażin?

Donnu facebook, l-aktar pjattaforma popolari fuq il-midja soċjali saret awla ta’ qorti li tiġġudika lil dak jew dik u l-ieħor jew l-oħra… imma jekk tgħolli jdejk għandek xi xxomm jgħid il-Malti.

Donna ngħixu f’soċjetà li malli toqrob il-festa, joħorġilna d-dmugħ malli naraw il-vara ta’ biċ-ċajt quddiemna imma nġibu skuża li dik hija simbolu tal-veru Alla.

Donnu nikkunslaw rwieħna li aħna nsara tajba għaliex fl-Istrina nċemplu u nagħtu donazzjoni.

Jew ngħidu miskin għal xi ħadd li miet wara li min jaf kemm inkunu stmerrejnieh matul ħajtu.

Imma aħna ipokriti, foloz jew dan li hawn miktub hija ħrafa?

X’taħsbu intom?

(Dan huwa artiklu ta’ opinjoni u qatt ma jiġġeneralizza lil kulħadd għalkemm qed jintuża kliem bħal ‘aħna’.)

 

 

Ritratt: Emoovio

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com