“Kien Hemm Xi Għaref Irid Idaħħak Bid-Diżabbilità Ta’ Ħaddieħor…” – Oliver Scicluna

Il-membru parlamentari Oliver Scicluna ikkundanna att diżgustanti minn xi ħadd li prova jdaħħaq bid-diżabbilità tal-Onorevoli Kevin Cutajar.
Għamel dan fuq il-midja soċjali tiegħu fejn tenna li wkoll iraaporta dan l-aġir. “Mhux biss ikkundannajt iżda għamilt rapport ukoll”, tenna Scicluna filwaqt li wera solidarjetà mal-kollega tiegħu Kevin.
Azzjonijiet bħal dawn, ħaqqhom kundanna bla riservi! Tal-mistħija.