L-HSBC Jikkonferma Li Se Jdaħħal Tariffa Ġdida Ta’ €5

 L-HSBC Jikkonferma Li Se Jdaħħal Tariffa Ġdida Ta’ €5

Il-bank HSBC ħabbar li uffiċjalment se tiddaħħal il-miżata ta’ €5 li qajmet kontroversja kbira fil-ġimgħat li għaddew.

Fi stqarrija, il-bank HSBC qal li wara perjodu ta’ konsultazzjoni se jdaħħal it-tariffa ta’ €5 għal kull kont tal-klijent fejn hu applikabbli għal klijenti b’kontijiet bankarji personali.

Il-bank spjega li l-maġġoranza tal-klijenti eżistenti tiegħu, madwar 75%, mhux se jkunu affettwati bl-introduzzjoni tat-tariffa peress li diġà jissodisfaw wieħed minn numru ta’ kriterji ta’ eżenzjoni. It-tariffa ġiet introdotta biex tkopri parzjalment l-ispejjeż assoċjati mat-tħaddim ta’ kont u tapplika biss għal dawk il-klijenti li ma jikkwalifikawx taħt xi waħda mill-eżenzjonijiet.

It-tariffa kellha tidħol fis-seħħ f’April li għadda, iżda din kienet ġiet sospiża temporanjament sakemm isiru d-diskussjonijiet bejn il-Bank Ċentrali u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

Dan wara li l-Bank Ċentrali u l-MFSA talbu lill-HSBC jerġa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com