Bil-Filmat: “L-Istess Nies Li Se Jagħmlu Protesta, Ftit Ilu Poġġew Il-Fjuri Għal Kull Vittma” – Nicholas Borg Bonaci

 Bil-Filmat: “L-Istess Nies Li Se Jagħmlu Protesta, Ftit Ilu Poġġew Il-Fjuri Għal Kull Vittma” – Nicholas Borg Bonaci

Fuq il-midja soċjali tiegħu, Nicholas Borg Bonaci tkellem u staqsa għaliex l-istess nies li għada se jagħmlu protesta l-Belt, ftit tal-ġimgħat ilu morru fuq it-taraġ ta’ Kastilja jpoġġu l-fjuri għal kull vittma tal-Covid-19.

“Għalxhiex? Qed taħsbu li l-familji tagħna żibel?”, staqsa Nicholas filwaqt li qal li min ħareġ il-permess bir-rispett kollu huwa kompliċi.

“Misskom tistħu”, saħaq Nicholas waqt li qal li marru bla permess tal-familjari jpoġġu fjuri f’isimhom. Kompla jgħid li għandhom dritt jipprotestaw imma mhux waqt pandemija.

Spjega kif mhux qed jitkellem politika iżda jekk għandhom ħsieb, attivitajiet tal-massa mhux tajbin bħalissa.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Ritratt: Facebook/ Nicholas Borg Bonaci

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com