Lift, Pannelli, First Aid u Rinovazzjoni: Is-Soċjetà Mużikali Peace Tinawgura 4 Proġetti Fil-Każin

 Lift, Pannelli, First Aid u Rinovazzjoni: Is-Soċjetà Mużikali Peace Tinawgura 4 Proġetti Fil-Każin

Is-Soċjetà Mużikali Peace għadha kemm inawgurat 4 proġetti fil-każin.

L-ewwel proġett huwa dak li għamel din il-binja aċċessibbli permezz tal-installazzjoni ta’ lift li jwassal mill-kantina sas-sular ta’ fuq nett tal-każin. Dan il-proġett ġie jiswa madwar €20,000 u sar bl-għajnuna tal-Voluntary Organisations Projects Scheme.

Madwar €3,000, li ġew kofinanzjati mill-Aġenzija Żgħażagħ, intużaw għal xogħol relatat mas-saħħa u mas-sigurtà, sabiex issa l-każin ġie mgħammar b’apparat u tabelli. Intant, saru wkoll diversi korsijiet tal-first aid u ta’ fire warden sabiex jiġu mrawwma aktar persuni li jkunu jistgħu joffri ambjent aktar sikur.

Is-soċjetà Mużikali Peace tat kontribuzzjoni ambjentali wkoll hekk kif installat panelli fotovoltaiċi mas-saqaf tal-każin. Dan il-proġett kien possibbli grazzi għall-kofinanzjament mill-Ministeru għall-Enerġija

Ir-raba’ proġett li ġie inawgurat f’dan il-każin huwa r-rinovazzjoni tas-sala banda li swiet fuq €6,000.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm Il-Ministri José Herrera, Julia Farrugia Portelli, Michael Farrugia u Clayton Bartolo, kif ukoll is-segretarji parlamentari Clifton Grima u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Din is-soċjetà hija eżempju ta’ kif soċjetà baqgħet għaddejja bla waqfien anke matul il-pandemija, bi tmexxija għaqlija u bi ħsieb pożittiv. Awguri

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com