Ma Rridx Nara Stil Ta’ Politika Baxxa Kif Ġara Fil-Konfront Tal-Ħabib Tiegħi Kevin Cutajar” – Il-PM
Is-sens ta’ pożittività żammna għaddejjin u hekk se nagħmlu fix-xhur li ġejjin. Dan se jsir b’enerġija u viżjoni ċara u nafu fejn irridu mmorru.
Il-Prim Ministru semma xi stil ta’ politika jrid jara dan il-pajjiż fejn irrefera għall-kummenti baxxi fil-konfront tal-ħabib tiegħu Kevin Cutajar.
Semma bosta sfidi li dejjem irrid nħarsu lejhom u nindirizzawhom. Waħda minnhom il-housing. Qed naħdmu fuq ekonomija sostenibbli.
“Stajna għedna, dawn huma ċ-ċirkustanzi u jkollna nnaqqsu l-investiment.” Il-Prim Ministru qal kif flok għamel hekk, il-Gvern preżenti baqa’ għaddej bil-proġetti u ma twaqqaf l-ebda investiment iżda bil-kontra, fehem li l-Gvern irid jinvesti iżjed.
“Il-Gvern din il-ġimgħa, se jkompli jinvesti fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Dak il-qasam ta’ Governanza tajba se jażgura investiment soda għall-pajjiżna.” Hawnhekk, spjega kif din il-ġimgħa se jinħatru ħatriet ġodda fil-qasam tal-qrati Maltin.
Spjega wkoll kif qed jitkompla jissaħħaħ l-investiment f’Għawdex; il-Gozo Teleworking Scheme u l-Gozo Employment Re fund Scheme.
Tenna li l-Gvern dejjem qed jaħdem biex itejjeb il-livell tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Semma wkoll l-anzjani li dawn għadhom jagħtu lis-soċjetà sal-lum u dmir il-Gvern huwa li jirrikonoxxiehom.