“Madwar 150 Mewta Evitata Permezz Tal-Vaċċin Bejn Jannar u Frar” – Gerald Fenech

 “Madwar 150 Mewta Evitata Permezz Tal-Vaċċin Bejn Jannar u Frar” – Gerald Fenech

Meta wieħed jagħmel analiżi tar-rata ta’ mwiet sa qabel ma wasal il-vaċċin f’Malta u jikkumparah mar-rata ta’ mwiet ta’ bħalissa, jidher li grazzi għall-vaċċin qed jiġu evitati ħafna mwiet.

Gerald Fenech tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook graph li turi l-informazzjoni dwar l-imwiet relatati mal-Covid-19. Il-linja l-bluna tirrappreżenta r-rata reali ta’ mwiet f’Malta kawża ta’ dan il-virus, filwaqt li l-linja l-ħamra turi r-rata li kienet mistennija li kieku l-vaċċin ma kienx disponsibbli. Gerald Fenech qal li matul Jannar u Frar ġew evitati madwar 150 mewta.

Minkejja li sfortunatament qed jibqa’ jkollna mwiet frekwenti b’konsegwenza tal-Covid-19, jidher li r-rata ma mwiet kieku mhux qed jitlaqqmu daqs tant persuni kienet se tkun waħda ferm ogħla.

 

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com