Man. City B’Vantaġġ Ta’ 10 Punti F’Ras Il-Klassifika

 Man. City B’Vantaġġ Ta’ 10 Punti F’Ras Il-Klassifika

Manchester City fetħu vantaġġ ta’ għaxar punti f’ras il-klassifika meta barra minn darhom huma għelbu lill-Everton 3 – 1.

Kien Phil Folden li poġġa lic-City fil-vantaġġ fil-32 minuta iżda Richarlison ħames minuti biss wara għamel lis-skor 1 – 1. Riyad Mahrez fil-63 minuta u Bernardo Silva fil-77 minuta taw rebħa u tlett punti lit-tim ta’ Manchester City. It-tim immexxi minn Pep Guardiola issa għandu total ta’ 56 punt f’ras il-klassifika, għaxra iżjed minn Manchester United u Leicester City li jinsabu fit-tieni post.

Fil-partita l-oħra li kellna illejla draw ta’ 1 – 1 bejn Burnley u Fulham.

 

Ritratt: BBC

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com