McTominay fil-ħin barrani jpoġġi lil Man Utd fil-KF tal-FA Cup.. Juventus fil-finali tal-Coppa Italia

 McTominay fil-ħin barrani jpoġġi lil Man Utd fil-KF tal-FA Cup.. Juventus fil-finali tal-Coppa Italia

FA Cup

Goal tas-sostitut Scott McTominay fl-ewwel taqsima tal-ħin barrani għen lil Manchester United jegħlbu lil West Ham 1-0 f’Old Trafford biex ir-Red Devils għaddew għal-kwarti finali tal-kompetizzjoni.

Magħhom fl-urna tal-aħħar tmienja anke t-tim miċ-Championship Bournemouth, dan l-aħħar immexxija mill-eks player ta’ Real Madrid u Tottenham Jonathan Woodgate, iċ-Cherries barra minn darhom ħasdu lit-tim tal-Premier League Burnley u rebħulhom 2-0.

L-Erbgħa, erba’ partiti oħra mir-Round tas-Sittax tal-FA Cup, Swansea kontra Manchester City, Leicester jilqgħu lil Brighton, Sheffield United kontra Bristol City u l-aktar mistennija f’Goodison Park bejn Everton u Tottenham Hotspur.

Coppa Italia

Juventus l-ewwel finalisti, draw f’darhom 0-0 kien bizzejjed fil-logħba ta’ ritorn kontra Inter, wara li ġimgħa qabel fl-ewwel leg barra minn darhom il-BiancoNeri ħarġu rebbieħa 2-1.

L-avversarji tagħhom fil-finali jkunu magħrufa l-Erbgħa filgħaxija, f’Bergamo Atalanta jospitaw lil Napoli, wara draw ieħor mingħajr goals fl-ewwel leg ġimgħa qabel bejniethom fi Stadio Diego Maradona.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com