Meta Rebaħ Il-Partit Nazzjonalista… Kien Bħal-Lum…

Kien bħal-lum fl-1992 meta saru l-elezzjonijiet ġenerali li ntrebħu mill-Partit Nazzjonalista.
Kien kiseb 127,932 vot jew aħjar 51.78%. Il-Partit Laburista dak iż-żmien, kiseb 114,911 -il vot jiġifieri, 46.49%.
L-Alternattiva Demokartika kienet ġabet 4,186 vot li tfisser, 1.69%.
Il-Partit Nazzjonalista tella’ 34 kandidat u l-Partit Laburista kien tella’ 31.
Bħala Prim Ministru ta’ Malta kien reġa’ nħatar Eddie Fenech Adami u Karmenu Mifsud Bonnici, kien inħatar Kap tal-Opożizzjoni.
Din hija parti mill-istorja ta’ pajjiżna.
Ritratt: National Archives of Malta Online Category