Min-Nhar Il-Ġimgħa Ser Jingħaqad Mat-Tim Ta’ StradaRjali L-Kantant Ivan Grech.

 Min-Nhar Il-Ġimgħa Ser Jingħaqad Mat-Tim Ta’ StradaRjali L-Kantant Ivan Grech.

Ivan Grech huwa personalità versatili ħafna li għal dawn l-aħħar tliet diċenji iddomina x-xena mużikali f’pajjiżna. Il-mużika tiegħu tidwi fuq l-istazzjonijiet tar-radju u online minn jum għall-ieħor. L-impenn mużikali tiegħu kien rikonoxxut permezz ta’ bosta awards li Ivan u l-band Winter Moods rebħu tul is-snin.

Min jaf lil Ivan mill-viċin, jaf kemm iħobb żaqqu u minkejja li hu xi ftit jew wisq delikat fl-għażliet tiegħu, iħobb jipprova ikel differenti. Il-ħelu jibqa’ l-favorit tiegħu għalkemm Ivan dejjem iffittex biex iduq minn kċejjen bi stili ta’ ikel differenti.

Min-nhar il-Ġimgħa li ġej, Ivan ser jibda’ jżur restorant lokali sabiex jipprova l-aktar platti notevoli ta’ dak ir-restorant. Il-kok residenti tar-restorant ser jiltaqa’ ma’ Ivan, isajjar u jdewqu l-itjeb u l-ifjen li kapaċi jipprepara.

Bil-produzzjoni BUKKUN, Ivan ser jingħaqad mat-tim versatili ta’ StradaRjali sabiex inkomplu nagħmlu l-aktar triq popolari f’Malta, aktar viżibbli online.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com