Nas Daily Beda B’Filmati Sempliċi Llum Għandu Tim Ta’ 60 Ruħ… Ifaħħar Lil Malta
Nas Daily li kien żar pajjiżna u ħareġ bil-frażi li mxiet sew; Oh my Malta għalaq 29 sena kif ukoll il-5 sena ta’ Nas Daily.
Nas tfisser nies bl-Għarbi. Meta kellu 24 sena ħass li kellu nuqqas f’ħajtu u darba minnhom meta rritorna d-dar, iddeċieda li jieħu kontroll ta’ ħajtu u beda paġna fuq facebook bl-isem ta’ Whatever Videos.
Itenni li ma kienx jaf dan fejn se jwasslu, beda bil-mod sakemm il-paġna saret Nas Daily u bdiet tikber bla ma stenna sakemm marret viral.
“Illum għandna tim ta’ 60 ruħ”, kiteb fuq il-paġna tiegħu u saħansitra se jibda akkademja: Nas Academy.
Huwa eżempju ċar ta’ meta tistinka biex twettaq il-ħolm tiegħek u jirnexxielek iżda trid taħdem qatigħ. Filfatt, jgħid li kull jum li għadda, ħadem biex wasal fejn jinsab illum.
Ħelu l-punt li f’intervisti li ġieli saru fejn isaqsuh liema pajjiżi l-aktar jibqa’ jiftakar, Malta dejjem tkun fil-lista tiegħu.