New Zealand BL-Ewwel Konsenja Tal-Vaċċin Tal-Pfizer Il-Ġimgħa D-Dieħla

 New Zealand BL-Ewwel Konsenja Tal-Vaċċin Tal-Pfizer Il-Ġimgħa D-Dieħla

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ħabbret ftit tal-minuti ilu li l-ewwel konsesja tal-vaċċin tal-kumpanija Pfizer se tasal fil-pajjiż il-ġimgħa d-dieħla.

F’konferenza tal-aħbarijiet, hija qalet li l-pjan ta’ tilqim kontra l-Covid-19 fi New Zealand għandu jibda l-ġimgħa d-dieħla.

Dan l-iżvilupp fi NZ seħħ wara pressjoni kbira hekk kif il-pajjiż kien qiegħed jieħu fit-tul biex jikseb l-ewwel dożi għall-front liners. Dan meta miljuni ta’ nies madwar id-dinja diġà ngħataw il-vaċċin.

Arden qalet li l-użu tal-vaċċin ta’ Pfizer/BioNTech ġie ffirmat mill-Gvern l-Erbgħa li għadda.

Hija żiedet tgħid li NZ assigurat 750,000 doża tal-vaċċin ta’ Pfizer. Qalet li l-Gvern ta’ NZ qed jaħdem biex jikseb konsenja oħra żgħira biex ikun jista’ jmexxi ‘l quddiem il-pjan ta’ vaċċinazzjoni.

Ħabbret li l-vaċċin se jingħata l-ewwel lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu mal-frunteria, cleaners, ħaddiema tas-sigurtà u infermiera li jaħdmu f’postijiet ta’ iżolazzjoni.

Wara t-tilqima se tingħata lil dawk li huma fl-ikbar riskju fosthom l-anzjani.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com